66
maħlula (viti, konnetturi, eċċ.
■ Ibdel dawk il-komponenti difettużi/mikula immedjatament u warrab il-prodott mill-
użu sakemm issir it-tiswija meħtieġa. Jistgħu inkella jinħalqu ħsarat/perikli mhux
previsti. Skond il-ħtieġa għandhom dejjem jintużaw partijiet oriġinali KETTLER!
■ Kull tiswija skorretta jew alterazzjoni (tneħħija ta 'partijiet oriġinali, żdieda ta ' kom-
ponenti oħra, eċċ) tista' tkun ta' perikolu għall-utent u tikkomprometti l-ħajja tal-
prodott.
■ Ftakar li meta jintużaw bandli, strutturi tal-logħob għat-tixbit, triċikli, eċċ jeżisti
dejjem ir-riskju ta' waqgħat, tfixkil, eċċ għall-utent.
■ Billi din il-vettura tat-tfal ma ġietx maħsuba għal veloċitajiet ogħlja, ma għandek
qatt tqabbadha ma' vetturi oħra, tagħmir sportiv u ma' ebda tagħmir ta' trazzjoni
ieħor.
■ Żomm f' moħħok li ta' spiss it-tfal jkunu għadhom ma jistgħux jevalwaw la l-kapaċi-
tajiet tagħhom stess u lanqas sitwazzjonijiet speċifiċi (perikolużi). Ftakar ukoll li minħ-
abba l-istint avventuruż u t-temperament naturali tat-tfal, dawn jistgħu jiltaqgħu ma'
sitwazzjonijiet imprevedibbli li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur.
■ Il-vettura tat-tfal hija ġugarell bla dawl. L-użu fid-dlam huwa perikoluż.
■ Waqt l-asseblaġġ oqgħod attent li ssegwi l-valuri rakkomandati dwar it-torque (M = xx
Nm).
Użu
■ Qabel kull użu ivverifika li sew il-viti u l-konnessjonijiet, kif ukoll l-apparat protet-
tiv ikunu dejjem maqbuda u ssikkati sew.
■ Avża lit-tfal fl-użu korrett tal-prodott, u iġbed l-attenzjoni tagħhom għall-perikli
possibbli.
■ Jekk jogħġbok innota li fuq ġugarell tar-roti mingħajr freewheeling il-pedali se jduru
anke jekk il-prodott ikun qiegħed jiġi mbuttat jew jiġri għan-niżla.
■ Il-vettura tat-tfal ma għandhiex l-hekk imsemmi brejk ta' l-ipparkjar. Għalhekk
iżgura li l-vettura ma tirrolljax. Tħalli qatt tfal li jkunu għadhom ma ħadux il-kon-
troll totali u indipendenti tal-vettura waħedhom magħha.
■ Jekk dan il-prodott jista' jiġi aġġustat jekk jogħġbok adattah għat-tul tat-tifel/tifla tie-
għek.
■ Iġġorr xejn fuq din il-vettura.
■ Għat-tindif u l-kura tal-ġugarell uża biss prodotti ħfief u mhux kawstiċi li jirrispet-
taw l-ambjent.
■ Illubrika l-ball bearings ta' l-istering u tar-roti kull trimestru bi ftit qtar żejt.
Istruzzjonijiet għall-assemblaġġ
ATTENZJONI! Aħdem f' ambjent ħieles minn perikli. Eżempju, tħalli lebda għodda
tiġri. Iddisponi per eżempju mill-ipakkjar b'tali mod li ma jikkawża lebda periklu. Il-
folji/boroż tal-plastik jistgħu jifggħu lit-tfal!
■ Iżgura li t-tfal ma jilagħbux bil-vettura qabel ma l-assemblaġġ ikun ġie mwettaq u
kontrollat b'mod xieraq minn persuna adulta.
■ L-immuntar għandu jitwettaq bir-reqqa minn persuna adulta. Aqra sew dawn l-