65
Avviżi Importanti
Dan il-prodott KETTLER ġie mibni skond l-aħħar regolamenti tas-sikurezza u għadda
minn monitoraġġ kontinwu ta' kwalità. Fl-iżvilupp tal-prodott nużaw l-għarfien u l-
esperjenza kollha tagħna. Għal din ir-raġuni, nirriżervaw id-dritt li nagħmlu bidliet fid-
disinn u t-teknoloġija biex nipprovdu lill-klijenti tagħna dejjem prodott ta' l-aqwa kwa-
lità. Jekk madankollu ssib raġuni għal xi lment, jekk jogħġbok ikkuntattja n-negozjant
tiegħek.
Għas-sigurtà tiegħek
ATTENZJONI! Uża biss taħt superviżjoni diretta ta’ adulti! Persuna waħda(1)
biss tista’ tuża dan il ġugarell. Iżgura li l-vettura ġugarell tintuża biss f’ambjent
sikur. Tużax il-vettura qrib inklinazzjonijiet, taraġ, toroq, ferroviji, postijiet fejn
jinġabru l-ilmijiet, eċċ. (periklu ta’ aċċident, li tinqaleb, taqa’, ferriment); preferibbil-
ment uża f’żoni sikuri bħal uċuħ solidi u ċatti. Attenzjoni: meta tuża fit-toroq pub-
bliċi, hemm periklu ta’ aċċidenti u ġrieħi serji! Ilbes żraben b’saħħithom meta tuża.
Aħna nirrakomandaw li tilbes indumenti protettivi u elmu tas-sigurtà.
ATTENZJONI! Erfa' l-istickers dekorattivi mhux użati f' post sigur 'il bogħod minn
tfal żgħar. (partijiet żgħar li jistaw jinbelgħu) Periklu ta' fgar!
ATTENZJONI! Żomm il-prodott il' bogħod mit-tfal waqt l-assemblaġġ (partijiet
żgħar li jistaw jinbelgħu).
ATTENZJONI! Peress li l-vettura hija ġugarell, din ma tissodisfax ir-rekwiżiti
għall-użu f' toroq pubbliċi u għaldaqstant ma tistgħax tintuża fihom.
ATTENZJONI! L-utent għandu dejjem jadatta s-sewqan tiegħu/tagħha għal kundizzjo-
nijiet lokali kif ukoll għall-ħiliet personali tiegħu/tagħha. Sewqan estrem madwar kantu-
nieri b’veloċitajiet eċċessivi u bl istering maqful kollu jista’ jwassal biex il-vettura tinqaleb!
ATTENZJONI! Il-ġugarell għandu jintuża biss minn tfal li għandhom kapaċitajiet moto-
rili suffiċjenti għall ġestjoni sikura tal-ġugarell.
■
Dan il-ġugarell huwa adatt biss għall-użu privat (l-ebda użu kummerċjali jew pub-
bliku).
■ Din il-vettura għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għaliha ġiet maħluqa, i.e. bħala
ġugarell li jintuża minn persuna waħda (1). Kull forma oħra ta’ użu mhuwiex permess u
jista’ jkun perikoluż (ġrieħi, aċċidenti, waqgħat). Il-manifattur ma jistax jinżamm respons-
abbli minn ħsarat li jiġi mill-użu li mhux konformi mal-iskop li għalih hu maħsub.
■ Il-vettura hija adatta għat-tfal ta' bejn 2 - 5 snin.
■ Il-Vetturi tat-tfal KETTLER jissodisfaw kollha l-EN 71-1/-3 (Norma Ewropea għas-
"Sikurezza tal-ġugarell"; il-piż tal-utent massimu: 50 kg). Kull tiswija skorretta jew
alterazzjoni (tneħħija ta' partijiet oriġinali, żieda ta' komponenti oħra, eċċ) tista' tkun
ta' perikolu għall-utent.
■ Komponenti difettużi jistgħu jipperikolaw is-sigurtà ta' l-utent u jikkompromettu l-
ħajja tal-vettura. Iċċekkja l-komponenti kollha regolarment u f' intervalli qosra
(skond kemm spiss jintuża l-prodott) għal ħsarat possibbli u għal konnessjonijiet
Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa qabel l-assebla-
ġġ u l-ewwel użu. Fihom issib informazzjoni importanti dwar is-
sigurtà tiegħek u l-użu u l-manutenzjoni ta' dan il-prodott KETTLER.
Erfa' dawn l-istruzzjonijiet f' post sigur għall-informazzjoni tiegħek,
għall-manutenzjoni tal-prodott u sabiex tordna partijiet ta' rikambju.