47
– MT –
isti dejjem ir-riskju ta' waqgħat, tfixkil, eċċ għall-utent.
■ Billi din il-vettura tat-tfal ma ġietx maħsuba għal veloċitajiet ogħlja, ma għan-
dek qatt tqabbadha ma' vetturi oħra, tagħmir sportiv u ma' ebda tagħmir ta'
trazzjoni ieħor.
■ Żomm f' moħħok li ta' spiss it-tfal jkunu għadhom ma jistgħux jevalwaw la l-
kapaċitajiet tagħhom stess u lanqas sitwazzjonijiet speċifiċi (perikolużi). Ftakar
ukoll li minħabba l-istint avventuruż u t-temperament naturali tat-tfal, dawn
jistgħu jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet imprevedibbli li ma jaqgħux taħt ir-re-
sponsabbiltà tal-manifattur.
■ Il-vettura tat-tfal hija ġugarell bla dawl. L-użu fid-dlam huwa perikoluż.
■ Waqt l-asseblaġġ oqgħod attent li ssegwi l-valuri rakkomandati dwar it-torque
( = xx Nm).
Użu
■ Qabel kull użu ivverifika li sew il-viti u l-konnessjonijiet, kif ukoll l-apparat pro-
tettiv ikunu dejjem maqbuda u ssikkati sew.
■ Avża lit-tfal fl-użu korrett tal-prodott, u iġbed l-attenzjoni tagħhom għall-pe-
rikli possibbli.
■ Jekk jogħġbok innota li fuq ġugarell tar-roti mingħajr freewheeling il-pedali se
jduru anke jekk il-prodott ikun qiegħed jiġi mbuttat jew jiġri għan-niżla.
■ Il-vettura tat-tfal ma għandhiex l-hekk imsemmi brejk ta' l-ipparkjar. Għalhekk
iżgura li l-vettura ma tirrolljax. Tħalli qatt tfal li jkunu għadhom ma ħadux il-
kontroll totali u indipendenti tal-vettura waħedhom magħha.
■ Jekk dan il-prodott jista' jiġi aġġustat jekk jogħġbok adattah għat-tul tat-
tifel/tifla tiegħek.
■ Iġġorr xejn fuq din il-vettura.
■ Għat-tindif u l-kura tal-ġugarell uża biss prodotti ħfief u mhux kawstiċi li jir-
rispettaw l-ambjent.
■ Illubrika l-ball bearings ta' l-istering u tar-roti kull trimestru bi ftit qtar żejt.
■ Għall-prodotti bi stanga għall-imbuttar: iżgura dejjem li l-istanga għall-im-
buttar tkun ġiet imdaħħla u msakkra fl-adapter kif suppost. Iddendel xejn fuq
l-istanga! Il-vettura tista’ tinqaleb u tkorri lit-tifel/ tifla tiegħek. L-istanga għall-
imbuttar ġiet imfassla għall-użu ta’ adulti biss. Tħalli qatt tfal jieħdu r-re-
sponsabbiltà fuq tfal oħra! Waqt il-logħob l-istanga għall-imbuttar għandha tiġi
żmuntata għal raġunijiet ta' sigurtà.
Istruzzjonijiet għall-assemblaġġ
ATTENZJONI! Aħdem f' ambjent ħieles minn perikli. Eżempju, tħalli lebda għ-
odda tiġri. Iddisponi per eżempju mill-ipakkjar b'tali mod li ma jikkawża lebda
periklu. Il-folji/boroż tal-plastik jistgħu jifggħu lit-tfal!
■ Iżgura li t-tfal ma jilagħbux bil-vettura qabel ma l-assemblaġġ ikun ġie mwet-
taq u kontrollat b'mod xieraq minn persuna adulta.