45
– MT –
periklu li jista' jinħoloq.
■ Ftakar ukoll li minħabba l-istint avventuruż u t-temperament naturali tat-tfal,
dawn jistgħu jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet imprevedibbli li ma jaqgħux taħt ir-
responsabbiltà tal-manifattur.
■ Għalkemm l-użu korrett tat-tagħmir jeskludi perikli diretti fuq it-tfal tiegħek,
għandek madankollu tosservahom waqt li jkunu qed jilagħbu.
■ Għat-tindif u l-kura tal-ġugarell uża biss prodotti ħfief u mhux kawstiċi li jir-
rispettaw l-ambjent.
■ Itfa' regolarment ftit taqtiriet żejt fuq il-partijiet li jiċċaqalqu.
Noti dwar l-assemblaġġ
ATTENZJONI! Żomm il-prodott 'il bogħod mit-tfal waqt l-assemblaġġ (parti-
jiet żgħar li jistaw jinbelgħu).
■ Jekk jogħġbok iċċekkja li għandek il-partijiet kollha meħtieġa (ara l-lista ta'
kontroll) u li ma kisbux ħsarat jew ksur waqt it-trasport. Jekk issib raġuni għal
xi lment, jekk jogħġbok ikkuntattja lin-negozjant tiegħek.
■ Ħares lejn id-dijagrammi bir-reqqa u assembla l-prodott pass wara pass, hekk
kif jidher fl-istampi. Is-sekwenza ta' ittri kapitali fuq kull dijagramma tindika l-
passi ta' kif għandu jsir l-assemblaġġ.
■ L-irbit neċessarju għal kull pass fl-assemblaġġ jidher fl-istampa rilevanti. wa-
ħħal l-irbit eżattament skond kif muri fid-dijagrammi. L-għodda meħtieġa tin-
stab fil-borża għal partijiet żgħar.
■ L-assemblaġġ tat-tagħmir għandu jitwettaq bir-reqqa minn persuna adulta.
Jekk ikollok xi dubju, saqsi l-parir ta' persuna oħra li tkun tifhem fil-qasam.
■ Żomm f' moħħok li ma' kull użu ta' għodda u waqt kull xogħol manwali jeżisti
dejjem periklu potenzjali ta' korriment. Għalhekk oqgħod attent/a u kun prud-
enti meta twettaq l-assemblaġġ tat-tagħmir!
■ Aħdem f' ambjent ħieles minn perikli. Eż., tħalli l-ebda għodda tiġri. Iddisponi
per eżempju mill-ipakkjar b'tali mod li ma jikkawża l-ebda periklu. Il-folji/boroż
tal-plastik jistgħu jifggħu lit-tfal!
■ Jekk jogħġbok qabbad l-irbid mingħajr ma tissikka l-viti u kkontrolla li jkunu
ġew impoġġija kif suppost. Dawwar il-locknuts għall-ewwel b-idejk sakemm
tinħass reżistenza u wara uża spanner biex tissikka sew kontra r-reżistenza
(lokk tas-sigurtà). Wara dan il-pass ta' l-assemblaġġ ikkontrolla li kull vit/bolt
ikun ġie ssikkat sew f' postu. Attenzjoni: Il-locknuts ma jibqgħux tajbin jekk
terġa' tħollhom (jinkiser il-lokk tas-sigurtà), u b'hekk għandek tbiddilhom ma
oħrajn ġodda.
■ Għal raġunijiet tekniċi, nirriżervaw id-dritt li nassemblaw xi komponenti minn
qabel (eż. plaggs tal-pajpijiet).